Posts

Il-ġidri r-riħ

Image
Il-ġidri r-riħ (chickenpox, varicella) hu infezzjoni komuni fit-tfal ikkawżata minn virus (varicella-zoster virus, VZV). Tinxtered faċilment speċjalment jekk it-tfal ikunu flimkien, ngħidu aħna fil-klassi tal-iskola. Normalment il-ġidri hi marda ħafifa imma kultant tkun aktar gravi, b’ħafna ħakk, uġigħ u deni. Ġieli jkun hemm komplikazzjonijiet bħal infezzjoni fil-pulmun, infezzjoni fil-ġilda, u infjammazzjoni fil-moħħ. Waqt it-tqala l-virus jista’ jaffettwa l-iżvilupp tat-tarbija fil-ġuf. Jekk l-omm toħroġ il-ġidri fiż-żmien tat-twelid, it-tarbija tista’ tiżviluppa infezzjoni qawwija ħafna. Tixrid Il-marda tittieħed minn tfal oħra morda bil-ġidri r-riħ u minn adulti li għandhom il-ħruq ta’ Sant'Antnin (shingles). Tixtered mill-arja (għatis jew sogħla), u b’kuntatt mal-ġilda, ħwejjeġ u oġġetti kkontaminati. Il-virus jibda jinxtered minn ġurnata qabel joħorġu l-ewwel ponot u sakemm jinxfu kollha. Sintomi L-ewwel sintomi jibdew bejn għaxart ijiem sa tlett gimgħat minn meta tkun e

L-Effett tat-Tipjip fuq il-Pulmun tat-Tfal

Image
Analiżi ta’ 180 studju xjentifuku dwar l-effett tat-tipjip tal-adulti fuq il-pulmun tat-tfal tikkonkludi li: 1. It-tipjip waqt it-tqala għandu effett negattiv fuq il-pulmun tat-tfal wara li jitwieldu. 2. It-tfal li ommhom u/jew missierhom ipejpu jbatu minn problemi respiratorji aktar minn tfal oħra. Minħabba l-‘passive smoking’ dawn it-tfal: Ibatu aktar ta' spiss minn tisfir fis-sider (wheezing) u sogħla meta mqabblin ma’ tfal li l-ġenituri tagħhom ma jpejpux. Għandhom riskju 20% aktar li jkunu jbatu mill-ażma meta jikbru. Aktar dettalji: Prenatal and Passive Smoke Exposure and Incidence of Asthma and Wheeze

Id-deni fit-tarbija

Image
Jekk tħoss lit-tarbija taħraq jew tkun tidher ma tiflaħx, iċċekkja t-temperatura biex tara jekk għandiex id-deni. Ma tistax tiddeċiedi jekk għandiex deni jew le billi sempliċiment tħossha b’idejk. Waqt li jkun tiela d-deni, it-tarbija tħoss il-bard, ikollha tkexkix tal-bard, u tkun tinħass kiesħa speċjalment fit-truf ta’ l-idejn u s-saqajn. Meta jitla’ id-deni, it-tarbija tkun tinħass taħraq. Dejjem kellem tabib meta t-tarbija jkollha d-deni. Sa tlett xhur mur milll-ewwel l-isptar jekk it-tarbija għandha d-deni. Tistenniex it-tabib jiktiblek antibijotiku kull meta t-tarbija jkollha d-deni għax ħafna drabi ma jkunx hemm bżonn. It-Termometru Uża termometru digitali ordinarju (simili għal dan li jidher fl-istampa hawn taħt). Ma nirrakkomanda ebda tip ta' termometru ieħor. Kif Tieħu t-Temperatura Ħu t-temperatura minn taħt l-abt (armpit) (mhux fil-patata jew fil-ħalq). Żomm sod it-termometru dirett mal-ġilda, waqt li żżomm id-drigħ mal-ġemb (kif jisher fl-istampa hawn taħt). Ste

Mistoqsijiet komuni dwar it-tilqim

Image
1. X’tilqim tirrakkomanda għat-tfal tagħna? Jien nirrikkmandalkom li tagħtuhom it-tilqim offrut b’xejn mid-Dipartiment tas-Saħħa u xi tilqim ieħor li s’issa jingħata fil-privat biss. 2. X’tilqim joffri l-gvern mingħajr ħlas? Fl-ewwel sena:  Hexyon (6-in1) (difterite, tetnu, poljo, sogħla konvulsiva, Hib, hepatitis B); Bexsero (meningococcus B); Nimenrix (meningococcus ACWY); u Synflorix (pneumococcus). Fit-tieni sena:  MMR (mumps, measles u rubella – il-gattone, ħosba u ħosba ġermaniża); u l-boosters tal-Bexsero, Synflorix, Nimenrix u Hexyon. Fit-tielet sena: Booster tal-MMR. Ta' 12-il sena:  Gardasil-9 (HPV – human papilloma virus) (f'darbtejn, 6 xhur intervall bejniethom). Ta' 14-il sena: dTP (difterite, tetnu u poljo) u booster tan-Nimenrix. It-tilqim fl-iskeda nazzjonali 3. Kif nistgħu nagħtu dan it-tilqim lit-tarbija tagħna? It-tilqim jista’ jingħata fiċ-Ċentru tas-Saħħa jew għand it-tabib tat-tfal tagħkom. Jekk tixtiequ tagħtuhom fiċ-Ċentru tas-Saħħa, mur fil-ġur

Slapped Cheek Disease

Image
Slapped cheek hi infezzjoni minn virus (Parvovirus B19). Tissejjaħ hekk għax is-sintomu ewlieni ta' din l-infezzjoni huwa raxx ħamrani fuq il-wardiet tal-wiċċ. Din il-marda hi l-aktar komuni fit-tfal bejn 4 u 12-il sena, imma tista’ tolqot lil kulħadd. Ftit ġranet qabel joħroġ ir-raxx it-tfal jista' jkollhom id-deni, flissjoni u xi wġigħ. Minbarra r-raxx fil-wiċċ, jista’ wkoll ikun hemm raxx qisu bizzilla fuq il-bqija tal-ġisem. Ir-raxx idum ftit ġranet għalkemm kultant jaf jiġi u jmur fuq perjodu ta' diversi ġimgħat qabel jitlaq għal kollox. Slapped cheek mhix infezzjoni serja u infatti ħafna tfal jieħdu l-virus mingħajr ma jkunu jidhru morda. Il-komplikazzjonijiet huma rari, ħlief fi tfal li jbatu minn thalassaemia, spherocytosis, jew dawk li qiegħdin fuq l-isteroids (pilloli, mhux inhalers) u chemotherapy. Waqt it-tqala hemm riskju żgħir (5%) ta' anemija fit-tarbija u korriment, speċjalment fl-ewwel nofs tat-tqala. M’hemmx bżonn xi kura speċjali. L-antibiotiċi ma jaħ

It-Tilqima tal-HPV

Image
Il-Virus HPV (human papilloma virus) jittieħed minn attività sesswali. Ħafna nies li huma attivi sesswalment jiġu infettati b'dan il-virus. Fortunatament ħafna minnhom ma jkollhomx sintomi. Imma xi wħud jiżviluppaw felul ġenitali (genital warts) u xi nisa jiżviluppaw kanċer tal-għonq tal-utru (cervical cancer). L-HPV jikkawża wkoll kanċer fil-warrani, fil-pene u fil-griżmejn. It-Tilqima It-tilqima, Gardasil-9, tipprevjeni infezzjoni minn disa’ forom tal-HPV. It-tilqima tipproteġi kontra l-felul ġenitali kif ukoll il-kanċer tal-għonq tal-utru, u tipi oħrajn ta’ kanċer. Il-protezzjoni ddum fit-tul. It-tilqima ma tagħtix protezzjoni sħiħa kontra l-kanċer tal-għonq tal-utru u għalhekk xorta waħda għandu jibqa’ jsir screening regolari (pap smear) fit-tfajliet u nisa adulti. Meta Tingħata It-tilqima hi mogħtija b’xejn fis-servizz nazzjonali tat-tilqim lit-tfal kollha, subien u bniet, ta’ 12-il sena. Tingħata f’darbtejn, ta’ 12-il sena u sitt xhur wara. It-tilqima tingħata fiċ-Ċentru tas-

Hand, foot and mouth disease

Image
Il-hand-foot-and-mouth disease (HFMD) hija infezzjoni kkawżata minn virus (coxsackie virus). Din il-marda taqbad l-aktar lit-trabi u tfal żgħar, imma kultant taqbad ukoll tfal akbar u adulti. Il-hand-foot-and-mouth m’għandha xejn x'taqsam mal-mard tal-ilsien u d-dwiefer fl-annimali. Sintomi L-ewwel sintomi jibdew bejn tlett ijiem u ħamest ijiem minn meta tkun ħadt il-virus. Is-sintomi jinkludu għejja, uġigħ fil-ġriżmejn, sogħla u deni. Jistgħu joħorġu ponot u ulċeri fil-ħalq, fil-griżmejn u fuq l-ilsien. Minħabba l-uġigħ fil-ħalq it-tifel jista' jliegħeb. Aktar tard jidhru ponot madwar il-ħalq, fuq il-wiċċ tal-idejn, il-qiegħ tas-saqgħajn, madwar il-patata, u f'postijiet oħra tal-ġisem. It-tifel jista' jkun imdejjaq bl-uġigħ u l-ħakk. Il-ponot jinxfu u jitilqu weħidhom fi żmien għaxart ijiem. Mhux kulħadd ikollu dawn is-sintomi kollha u ġieli bilkemm tinduna li t-tifel jew it-tifla jkunu ma jifilħux. Mill-banda l-oħra t-tfal ġieli jkunu ma jifilħux, imdejqin u miġ