It-Tilqima tal-Influwenza għat-Tfal


Inħeġġeġ lill-ġenituri jilqgħu l-parir tad-Dipartiment tas-Saħħa u jagħtu 'l uliedhom it-tilqima tal-influwenza. It-tilqima hi safe, u s-side effects huma ħfief.

It-tilqima tingħata lit-tfal minn 6 xhur 'il fuq. Bejn 6 xhur u sentejn jingħataw it-tilqima bħala injezzjoni. Tfal minn sentejn 'il fuq jieħdu t-tilqima bħala sprej fl-imniffsejn (laktar konvenjenti għax jiffrankaw it-tingiża, għalkemm xi whud xorta jippreferu li jieħdu it-titqiba).

Jekk ikunu se jieħdu t-tilqima tal-influwenza l-ewwel darba jingħataw żewġ dożi, b'intervall ta' xahar bejn l-ewwel u t-tieni waħda.

Jien mhux se nagħti t-tilqima tal-influwenza. B'hekk ikolli aktar ħin biex nara tfal morda u għat-tilqim ordinarju tat-trabi u t-tfal żgħar.

Nirrakkomanda lill-ġenituri sabiex jieħdu t-tfal fiċ-Ċentri tas-Saħħa għat-tilqima tal-influwnza u jieħdu magħhom il-ktejjeb Child's Record Book. Ħudu magħkom ukoll il-karta tal-identità u facemask.

MIN
It-tfal kollha minn 6 xhur 'il fuq.

META
Is-Sibt u l-Ħadd 4 u 5 ta' Novembru
Is-Sibt u l-Ħadd 11 u 12 ta' Novembru
Is-Sibt u l-Ħadd 18 u 19 ta' Novembru

ĦIN
8:00am to 7:00pm.

FEJN
Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, Raħal il-Ġdid, Furjana u Xewkija, Għawdex.